Lokali Parlament

Dan hu l-mument biex isiru proġetti fis-settur turistiku

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo appella lill-Gvern biex f’dawn ix-xhur jitwettqu proġetti importanti fis-settur tat-turiżmu biex is-Sajf li ġej ikun wieħed aħjar.

Fil-parlament l-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo rringrazzja lill-Ispeaker, lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll lid-deputati kollha li awgurawlu waqt li kien rikoverat l-isptar.

Hu qal li f’April il-PN ħareġ iktar minn 100 proposta għas-settur tal-ospitabbiltà li wħud minnhom kienu attwati mill-gvern. Hu sostna li fl-2021 Malta kellha żieda mill-Italja u l-industrija ħadmet biex issalva lilha nnfisha. Il-bookings qed imorru fejn hemm offerti speċjali.

Fl-2022 il-mira għandha tkun li kulħadd iżomm il-prezzijiet għaliex minn Jannar 2022 mhux se jkun hemm iktar wage supplements. Hu ppropona li l-Gvern jgħin lill-industrija jew tnaqqis fil-VAT għar-ristoranti u bars.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-proposti tal-PN kienu valutati u sostna li l-MTA ma kellhomx jintefqu fuq proġetti li ma jrendux fosthom zuntier ta’ knejjes. Hu tkellem fuq l-importanza ta’ għajnuna lil gruppi.

Robert Arrigo qal li l-PN jaqbel mal-Green Pass u mat-tnaqqis tar-restrizzjonijiet. Hu sostna li l-ewwel sitt xhur tal-2021 kienu verament ħżiena u qal li l-PN lest jgħin biex l-ewwel sitt xhur tal-2022 ikunu aħjar. Il-pandemija qed iġġib ukoll bidla fil-klijenti minħabba li anzjani ta’ ċertu età ma jistgħux jivvjaġġaw.

Robert Arrigo tkellem dwar il-proposti għal Għawdex fejn l-operaturi pproponew li l-VAT titnaqqas għal 5%. Hu ppropona tnaqqis fil-liċenzji għall-ewwel shur tal-2022 ppropona wkoll li jir investiment ikbar f’Għawdex biex dan jattira iktar turisti.

Hu tkellem dwar il-films, Robert Arrigo nsista li din l-industrija tissaħħaħ għaliex ikollha effett fuq l-operaturi turistiċi. Qed jirriżulta li qed ikun hemm bdil fil-kundizzjonijiet tal-extras Maltin inkluż diffikultajiet ta’ ħlas. Hu kkritika l-infieq ta’ €400,000 għall-avveniment ta’ awards għall-fatt li dan se jkun qed jokkupa l-budget kważi kollu għas-settur.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-modernizzar ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba u f’lokalitajiet turistiċi oħra u staqsa għaliex sar biss ftit jew xejn f’dawn it-tmien snin. Hu qal li l-proġett propost mhux se jsir f’din ix-xitwa u nsista li ma jkunx hemm kjuwiet fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Robrt Arrigo tkellem dwar in-nefqa tal-MTA u qal li jeħtieġ tissaħħaħ ir-relazzjoni mal-operaturi barranin. Hu appella biex il-kuntratti jsiru kollha b’mod trasparenti. Il-PN ma jaqbilx li jkun hemm żieda fit-taxis li hawn fil-pajjiż għaliex hawn vetturi biżżejjed.