Karozza tat-tip Honda Accord għal xi raġuni jew oħra spiċċat fil-baħar ta’ Spinola, hekk kif il-vettura li kienet max-Xatt ta’ Spinola baqgħet nieżla l-baħar.
Il-pulizija kienet infurmata b’dan l-inċident għall-ħabta ta’ nofsilejl, bil-pulizija jaslu minnufih fuq il-post flimkien ma’ għadd ta’ ħaddiema tas-salvataġġ. Fortunatament ix-xufier tal-vettura, ħareġ mill-karozza wara li l-karozza niżlet fil-baħar.
Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, il-karozza ttellgħat lura fuq ix-xatt, bl-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>