Futbol Sport

Ħames players Ġermaniżi fi kwarantina minħabba l-COVID-19

Ħames players mill-iskwadra tal-Ġermanja tpoġġew fi kwarantina obbligatorja wara li wieħed mill-players irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Il-player li rriżulta pożittiv kien ivvaċċinat u mingħajr sintomi.

Rapporti internazzjonali qalu li l-player li rriżulta pożittiv huwa Niklas Sule ta’ Bayern Munich minkejja li l-Federazzjoni tal-Futbol Ġermaniża ma kkonfermatx l-identità tal-player.

Erba’ players oħra kienu mitluba li jmorru fi kwarantina minħabba li kienu f’kuntatt dirett mal-player pożittiv. Id-Direttur Sportiv tal-Ġermanja qal li din hija sitwazzjoni diffiċli ferm għat-tim ftit jiem qabel mal-Ġermanja tilgħab kontra l-Liechtenstein u l-Armenja.