Il-Gvern fil-Budget 2022, nesa lil Għawdex, fejn lanqas biss għamel parti li tindirizza b’mod speċifiku l-ħtiġijiet għal din il-gżira.
Dan qaluh tul konferenza tal-aħbarjiet id-deputati Nazzjonalisra Chris Said li huwa l-Kelliem għal Għawdex, il-Kelliem għall-Fondi Ewropej u l-Volontorjat Kevin Cutajar u l-kelliem tar-Riforma Kostituzzjonali u d-Djalogu Soċjali Joe Ellis.
“Il-Gvern naqas milli jindirizza l-isfidi għal Għawdex, inkluż l-isfidi li qed isibu l-Għawdxin biex jiġu Malta għax-xogħol” – Chris Said
Chris Said qal li l-Gvern Laburista biegħ l-unika sptar li hemm f’Għawdex, bil-Gvern qed jibqa’ jippersisti għal dan id-deal li sar l-ewwel ma’ Vitals, u llum ma’ Steward.
“Il-proposti tagħna huma ċari, ninħallu minn dawn il-kuntratti, il-flus li qed jieħdu ninvestuhom fil-qasam tas-saħħa Għawdex, billi nibnu dar ġdid b’400 sodda, noffru s-servizz tal-MRI, nagħtu s-servizzi tal-kimoterapija kollha li nistgħu nagħtu, il-ħaddiema li hemm ma’ Steward jiġu jaħdmu mas-settur tas-saħħa pubbliku f’Għawdex, nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna, mhux bħal dan il-Gvern li dar tal-anzjani ħalliha hemm, ma komplihiex f’Għajnsielem”
Dwar l-edukazzjoni Chris Said qal li sfortunatment il-Gvern ta bis-sieq lil dan is-settur f’Għawdex, u għalhekk il-PN fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jindirizza dan il-qasam importanti.
“PN bi track-record tajjeb għal Għawdex” – Kevin Cutajar
Kevin Cutajar qal li kien il-PN li welled l-idea ta’ Għawdex reġjun, u l-PN se jibqa’ jaħdem biex it-tema ta’ reġjun tingħata prijorità. Huwa tkellem ukoll dwar it-tema tal-iżvilupp f’Għawdex, fejn qal li l-PN jemmen fl-industrija tal-iżvilupp, iżda żvilupp pjanat.
“Il-pass li jmiss, l-għodda tal-istatus Nazzjonali, organu li se jkun qed jiddeċiedi li se jkun qed jiddeċiedi għall-futur t’Għawdex u jkollu l-għodda biex jaħdem”
“Ninvestu bis-sħiħ fil-potenzjal tal-Għawdxin” – Joe Ellis
MIn-naħa tiegħu Joe Ellis qal li l-Gvern sab soluzzjoni miżera għar-raba’ vapur għall-Għawdex, li huwa mikri bi 13-il elf ewro kuljum. Huwa qal li ma ssemma’ xejn dwar vapur ieħor li jservi għall-merkanzija, bil-PN qed jikkometti li wieħed miż-żewġ vapuri ġodda ikun speċifikat għal dan l-għan.
“Il-Gvern Laburista ddeċieda li dan is-servizz ma jagħtihx, infakkar li l-PN qed jikkometti ruħu li wieħed miż-żewġ vapuri ġodda ikun dedikat għall-merkanzija biex ikun hemm servizz bejn il-Port il-Kbir jew dak ta’ Marsamxett, għal Għawdex”
//= $special ?>