Ambjent Lokali

Il-KNŻ madwar il-mejda tad-diskussjoni fi Glasgow

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ Maltin u Għawdxin, il-KNŻ, kien preżenti madwar il-mejda tad-diskussjoni għall-COP26 fi Glasgow – fl-istess post fejn kien hemm il-mexxejja kollha tad-dinja. Flimkien ma’ mijiet ta’ żgħażagħ oħrajn, il-KNŻ iddiskutew dan is-suġġett tant importanti għal futur tagħna u ta’ uliedna.

Steven Bajada, id-Direttur tal-Klima u s-Sostenibiltà fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, iddeskriva din l-esperjenza bħala waħda unika u ta’ privileġġ. Dan filwaqt li wassal l-appel tiegħu dwar din it-tema – it-tibdil fil-klima. Hu spjega, kif waqt il-COP26, ż-żgħażagħ Maltin kienu fuq quddiem nett tad-diskussjonijiet li seħħew. Fost l-iktar affarijiet importanti li ddiskutew iż-żgħażagħ Maltin kien hemm id-diskussjoni dwar il-Paris Aggreement.