“Ma nistax nemmen kif il-Gvern qed iħalli din is-sitwazzjoni tippersisti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u ma tittieħed ebda azzjoni.”
Hekk stqarr il-preżentatur Peppi Azzopardi waqt il-programm Net Live meta kien mistoqsi minn Robert Cremona dwar dak li qed jiġri fil-ħabs. Dan wara li numru ta’ prigunieri ma thallewx jixhdu dwar it-tmexxija fil-Facilita Korrettiva ta’ Kordin.
Peppi Azzopardi qal li la hemm numru ta’ priġunieri li għandhom ir-rieda li jixhdu u għandhom il-provi kontra d-direttur tal-ħabs Alex Dalli. U fl-ambitu ta’ dan kollu, Alex Dalli għandu jissospendi ruħu.
Peppi Azzopardi qal li dawn l-erba’ priġunieri li mhux iħalluhom jagħmlu l-istatements tagħhom quddiem il-Pulizija jridu jagħtu statement dwar x’raw u minn xiex għaddew, fosthom swat. U jridu jikxfu kif bħalissa t-tmexxija tal-ħabs qed tagħmel minn kollox biex tagħlaq ħalq il-priġunieri.
//= $special ?>