Lokali Sport Sport Ieħor

Julian Pace Bonello kkonfermat bħala President tal-KOM

(Ritratt: Matthew Tabone)

Julian Pace Bonello kien ikkonfermat bħala President tal-Kumitat Olimpiku Malti wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti waqt l-Assembleja Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Għal Bonello dan se jkun it-tielet terminu tiegħu hekk kif fl-2013 kien ħa post Lino Farrugia Sacco li miet ftit tal-jiem ilu. Waqt din l-elezzjoni kienu eliġibbli li jivvutaw 42 assoċjazzjoni b’kull vot ikun jgħodd doppju.

Pace Bonello kiseb 62 vot filwaqt li Dr. Kirill Micallef Stafrace kiseb biss 20 vot.

Intant, Kevin Azzopardi ġiet elett bħala Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti wara li kiseb 50, bis-Segretarju Ġenerali preċedenti, Joe Cassar, jikseb 32 vot.

Paul Sultana nħatar bħala Viċi President fejn se jkun qed jieħu post William Beck, li minn naħa tiegħu għażel li jikkonstestax għal din il-kariga.

Il-post ta’ Direttur Sportiv fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti se jittieħed minn Charlene Attard, li se tkun qed tgħin lill-atleti Maltin fis-snin li ġejjin.

Sadanittant, Nigel McCarthy se jingħaqad ma’ Lucienne Attard, Maria Vella Galea kif ukoll Johanna Grech bħala parti mill-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti.