Robert Cutajar, PN
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-Awtoritá tat-Turiżmu biex ma tapprovax proġetti li jikkaġuaw ħsara ambjentali.
Robert Cutajar tkellem id-dokument li bih titjieb il-kwalità tal-Mellieħa u ta’ diversi lokalitajiet u qal li dan mhux qed ikun attwat. Fost il-proposti hemm in-niċeċ ta’ turiżmu reliġjuż u appella biex ikun hemm pjan f’dan is-settur.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-destinazzjonijiet ta’ eċċellenza mhux jingħataw prijorità minn dan il-gvern tant li fil-budget m’hemm xejn dwar dan. Hu sostna li f’Malta hawn disa’ lokalitajiet ta’ eċċellenza u appella lill-MTA biex tagħti kas dan in-network għaliex dan jista’ jrendi.
Robert Cutajar qal li l-kampanji tal-MTA għandhom ikunu immirati għal dawn is-setturi. Dwar l-ambjent, Robert Cutajar qal li dan għandu parti importanti fil-kuntest ta’ liema turisti jkunu attirat lejn il-pajjiż.
Hu appella lill-MTA biex ma jibqgħux ikunu pupazzi f’idejn l-Awtorità tal-Ippjanar fi poġetti li qed ikissru l-karatteristiċi fil-lokalitajiet. Hu kkritika l-bini mostruż li tiela’ fil-Mellieħa u qal lil-Ministru tat-Turiżmu approva dan il-proġett meta kien fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ministru tat-Turiżmu ivvota favur il-ftit minflok favur il-lokali tal-Mellieħa meta l-art kienet għand il-kunsill lokali. Hu qal li hemm policies li jissalvagwardjaw dawn l-aspetti.
Dwart l-infurzar, hu qal li l-MTA għandom jaħdmu flimkien mal-pulizija u l-gwardjani biex l-infurzar isir. Hu appella għal iktar responsabilità fl-indafa u għal ħidma kontinwa ta’ tindif madwar il-pajjiż kollu.
Robert Cutajar appella biex tinfetaħ mill-ġdid l-Għassa tal-Mellieħa u qal li kien hemm każ meta daqqet l-alarm tal-Bank of Valletta tal-Mellieħa li kienet magħluqa bil-konsegwenza li l-pulizija kellhom jiġu mill-Għassa tal-Qawra. Hu appella biex l-Għassa tal-Mellieħa tinfetaħ 24 siegħa kuljum.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-bajjiet u qal li għandhom isiru studji biex jissalvagwadjaw il-bajjiet anki fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Hu qal li għandu jkun spjegat kif in-nefqa fuq il-parkeġġ tal-Bajja tal-Għadira żdiedet b’ammont kbir. Dan il-proġett seta’ ġie wieħed sostenibbli billi jkun użat is-sena kollha u mhux fis-sajf biss. Jeħtieġ li fit-turiżmu jkun hemm il-partijiet kollha involuti, sostna Robert Cutajar.
//= $special ?>