Lokali

Klijenti eżistenti ta’ MeDirect Bank Malta se jieħdu €50 għal kull persuna li tissieħeb mal-bank bis-saħħa tagħhom

MeDirect Bank Malta għadu kif nieda programm ta’ riferiment fejn klijenti eżistenti jieħdu €50 għal kull persuna li tissieħeb mal-bank bis-saħħa tagħhom. Klijenti ġodda li jiġu riferuti minn ħaddieħor se jieħdu €50 wkoll fil-kont bankarju tagħhom ta’ MeDirect.

Bħala parti minn din l-inizjattiva, il-klijenti ta’ MeDirect Malta li jirreferu lill-qraba jew ħbieb tagħhom mal-bank jistgħu jirċievu sa massimu ta’ €500 għall-ewwel 10 riferimenti kompluti li jkunu użaw il-kodiċi ta’ referenza li ngħatatilhom.

Klijenti eżistenti jistgħu jiksbu r-referral code tagħhom billi jidħlu fuq l-internet banking ta’ MeDirect. Wieħed jista’ jgħaddi dan ir-referral code lil ta’ madwaru u min hu interessat jista’ jissieħeb mal-bank billi jdaħħal dan waqt il-proċess tal-onboarding li huwa faċli ferm.

Wieħed m’hemmx bżonn jiddepożita xi ammont sabiex jiftaħ il-kont tiegħu u jibbenefika minn din l-offerta. M’hemm l-ebda tariffi jew ħlasijiet moħbija. Ladarba l-applikazzjoni biex tissieħeb mal-bank tkun kompluta, kemm il-klijent eżistenti u anke dak ġdid jingħataw €50 kull wieħed fil-kont tal-bank tagħhom.

“Nemmnu li din l-inizjattiva se tgħin biex tkabbar il-familja ta’ klijenti li qed jibbenefikaw mis-servizzi ta’ dan il-bank diġitali mill-kumdità ta’ darhom bis-saħħa tal-online banking u l-mobile app. Aħna nemmnu li noffru l-aqwa servizz lill klijenti f’Malta fil-qasam bankarju u f’dak tas-servizzi fl-investimenti. Ninsabu ħerqana li nilqgħu klijenti ġodda magħna,” stqarret Ingrid Micallef, Senior Manager – Products & Marketing ma’ MeDirect Bank Malta.

Minbarra dawn il-benefiċċji, klijenti ġodda jistgħu jgawdu minn rati superjuri u mhux se jeħlu ħlasijiet żejda. Ma’ MeDirect Bank Malta wieħed jista’ jġemma, jinvesti u jieħu anke self fuq xiri ta’ dar.

Għal iktar informazzjoni, u għal termini u kundizzjonijiet dwar din l-offerta żur https://promo.medirect.com.mt/refer-a-friend/ , ċempel fuq 2557 4400 jew ibgħat email fuq customerservice@medirect.com.mt.