Futbol Sport

Paul Pogba jista’ jitlef il-bqija tal-2021 minħabba injury f’koxxtu

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba jista’ jitlef il-bqija tal-2021 minħabba li sofra injury f’koxxtu waqt sessjoni ta’ taħriġ mat-tim nazzjonal Franċiż.

Il-player ta’ 28 sena mistenni jdum barra bejn sitt u tmien ġimgħat bil-kuntratt ta’ Pogba mistenni wkoll jintemm f’Ġunju li ġej. Jekk idum tmien ġimgħat Pogba se jkun qed jitlef l-aħħar żewġ partiti mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, kif ukoll 10 partiti tal-kampjonat.

L-inċertezza dwar il-futur ta’ Pogba ma’ Manchester United fl-aħħar ġimgħat kienet xi ftit mogħtija l-ġenb wara t-telfiet li Manchester United sofrew kontra Liverpool u Manchester City rispettivament. Matul dan l-istaġun, Manchester United kellhom numru ta’ players barra mill-azzjoni fosthom lid-difensur Raphael Varane, l-attakkant Edinson Cavani kif ukoll Luke Shaw.