Lokali Parlament

Strutturi mhux sostenibbli ta’ impjiegi f’Għawdex

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li l-gvern Laburista ħoloq strutturi mhux sostenibbli ta’ impjiegi f’Għawdex fejn il-ħaddiema qed jaħdmu xogħol prekarju.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li Malta hi vulnerabbli ħafna bħala pajjiż żgħar u spjegat kif hawn kriżi ta’ min jaħdem fis-settur turistiku. Hi tkellmet dwar in-niċeċ fit-turiżmu partikolarment dwar it-turiżmu ta’ kwalità; jeħtieġ li l-pajjiż isib l-bilanċ għas-sostenibilità. Id-deputat Nazzjonalista appellat biex jinqatgħu l-kjuwiet fl-ajruport; din qed tkun l-ewwel esperjenza ta’ Malta.

Hi trattat il-lukandi żgħar u qalet li dan is-settur jgħin fis-sostenibilità għaliex jifrex it-turiżmu madwar il-pajjiż. Jeħtieġ li l-ikel ukoll ikun ikkunsidrat bħala element prijoritarju

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dar Għawdex u kkrtikat il-mod kif il-gvern ħoloq strutturi mhux sostenibbli biex jimpjega lin-nies fihom b’pagi baxxi.

Hi qalet hawn ilmenti kbar dwar it-trasport pubbliku fil-kuntest tal-iskejjel tal-lingwa f’ċertu żoni tal-pajjiż.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza liċ-ċittadini barranin jingħataw l-informazzjoni dwar l-obbligi fil-kuntest tal-iskart u l-ambjent bil-lingwi tagħhom.