Ic-champion tal-Open tal-Istati Uniti Emma Raducanu mistennija fis-sigħat li ġejjin taħtar lil Torben Beltz bħala l-coach il-ġdid tagħha. Il-coach ta’ 44 sena kien il-coach ta’ Angelique Kerber meta rebħet l-Open tal-Awstralja u l-Open tal-Istati Uniti fl-2016.
Beltz, Raducanu u l-aġent tat-tennista Amerikana, dehru flimkien aktar kmieni matul din is-sena fejn kompliet tiżdied l-ispekulazzjoni li Beltz jista’ jkun il-coach il-ġdid ta’ Raducanu.
Raducanu matul din il-ġimgħa qed tieħu sehem fl-Upper Austria Ladies event li qed isiru f’Linz fejn se tkun qed tilgħab kontra Wang Xinyu.
//= $special ?>