Lokali Transport

TRAFFIKU: “Wara 90 minuta qtajt qalbi u waqaft nieħu kafè”

Eluf ta' sewwieqa ta' kuljum frustrati... "it-toroq ġodda sbieħ imma ma solvew xejn"

Skont Infrastructure Malta, il-junctions tal-Marsa naqqsu l-ħin tal-vjaġġ bil-karozza b’70%. Imma ta’ kuljum, Facebook u media soċjali oħra jkunu mifqugħa kummenti u posts ta sewwieqa frustrati mwaħħlin fit-traffiku f’din iz-zona u f’toroq oħra madwar il-gżejjer Maltin.

“Jum ieħor, l-istess problemi” “Toroq sbieħ li ma solvew xejn” “Gejna agħar milli konna” “Dejjem b’xi skuża.. jekk mhux ix-xita għax hemm inċident… jew għax bdiet l-iskola”

Dawn huma ftit mill-kummenti li ta’ kuljum jitfaċċaw, u llum ma kinitx eċċezzjoni. Waħda mis-sewwieqa fit-toroq tagħna dalgħodu tant qatgħet qalbha li wara 90 minuta tipprova tasal fid-destinazzjoni tagħha, ddeċidiet li tieqaf u tieħu kafè sakemm forsi jċedi ftit it-traffiku.

Dawn t’hawn taħt huma ftit mill-kummenti li tpoġġew fuq Facebook fl-aħħar sigħat.