Wara li tilef lil Ciro Immobile, Nicolo Zaniolo u Lorenzo Pellegrini minħabba injury, il-coach Taljan Roberto Mancini issa tilef ukoll lid-difensur Giorgio Chiellini minħabba injury ukoll.
Chiellini fl-aħħar jiem kien qed jitħarreġ waħda u minkejja l-isofrzi li saru jidher li mhux se jkun lest fil-ħin għall-partiti li t-tim Taljan għandu fil-jiem li ġejjin. Aħbar tajba għal Mancini, hi li l-midfielder ta’ Inter Nicolo Barella tħarreġ mal-kumplament tal-players. Nhar il-Ġimgħa, t-tim nazzjonali Taljan jilgħab partita importanti u diretta għall-kwalifikazzjoni kontra l-Iżvizzera bil-media Taljan tirrpaorta li Francesco Averbi mistenni jieħu post Giorgio Chiellini mal-ewwel ħdax fit-tim Taljan.
//= $special ?>