“Araw li l-ħidma tagħkom fis-soċjetà tkun ħidma fejn turi li n-nies huma apprezzati u li turi dinjità lejn il-bniedem”.
Hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna, waqt il-Quddiesa għall-istudenti li għadhom kemm iggradwaw mill-Università ta’ Malta.
L-Arċisqof qal li jispera li l-esperjenza tal-istudenti mhux biss kabbret il-kapaċità ta’ moħħhom, iżda anke l-bżonn li jħossu għal ħaddiehor għax qal li hi l-qalb li tagħmel ir-rwol tagħhom fis-soċjetà waħda tassew ta’ ġid għall-kumplament tal-poplu.
Il-Kap tal-Knisja f’Malta stqarr li “l-flus fil-but m’għandhomx ikunu ta’ prijorità assoluta tal-ħidma tagħhom għax, li tara t-tbissima fuq wiċċ il-poplu, huwa ta’ valur imprezzabli.
Hu rrimarka wkoll id-diffikultà li kellhom l-istudenti meta fil-perjodu tal-pandemija kellhom jeqilbu għal sistema virtwali minflokk fiżika. F’dan is-sens, hu qal li llum, aktar minn qatt qabel, qed napprezzaw aktar l-importanza ta’ komunikazzjoni diretta bejn kull wieħed u waħda minna minflok il-komunikazzjoni virtwali.
//= $special ?>