Il-Biljunarju Daniel Kretinsky xtara 27% mit-tim ta’ West Ham fejn issa flimkien mal-kollega tiegħu Pavel Horsky se jsir memebru mill-board tat-tim ta’ West Ham flimkien maċ-chairmans David Sullivan u David Gold u l-vici-chair Karren Brady.
Permezz ta’ dan il-ftehim il-club se jkun jista’ jnaqqas id-dejn u jkompli jipprogressa bħal ma kien qed jagħmel fl-aħħar snin. Karren Brady qalet li l-klabb jinsab ottimist li Daniel Kretinsky se jkun qed iġib investiment b’saħħtu li jkompli jsaħħaħ lill-club ta’ West Ham speċjalment f’oqsma li l-club ikun irid jiffoka.
Krestinsky huwa wkoll wieħed mis-sidien ta’ Sparta Prague fejn qal li huwa kuntent bis-sehem li kiseb fit-tim ta’ West Ham hekk kif il-futbol għalih huwa passjoni filwaqt li jirrispetta it-tradizzjoni u l-istorja ta’ West Ham kif ukoll il-partitarji leali tat-tim. Dan l-istaġun West Ham kellhom bidu mill-aqwa fil-kampjonat hekk kif jinsabu biss tliet putni bogħod mil-quċċata tal-klassifika fejn fl-aħħar partita għelbu lil Liverpool 3-2.
//= $special ?>