Lokali

€15-il miljun f’direct orders

Konferma li l-Gvern nefaq madwar €15-il miljun ewro mill-fondi pubbliċi kollha b’direct orders – xi ħaġa li taħt il-Labour saret in-norma, u mhux eċċezzjoni.

Dan ġie ikkonfermat it-Tnejn wara nofsinhar mill-Ministru Ian Borg wara mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Ix-xogħolijiet li saru fuq l-erba’ mini li jifformaw parti minn dan il-proġett jinkludu l-mini lejn Paceville, il-mini ta’ Santa Venera, il-mini Tal-Qroqq kif ukoll l-Mini ta’ Ħal Kirkop, fejn b’kollox l-ammont tela’ għal aktar minn € 14,760,000.

Din l-aħbar tkompli mas-sensiela ta’ stejjer simili li kellna fl-aħħar xhur, u turi n-nuqqas ta’ rieda mill-Gvern u l-aġenziji tiegħu milli jaġixxu b’mod trasparenti.

Il-Ministru Ian Borg prova jiġġustifika dawn il-miljuni li intefqu kważi kollha f’direct orders billi qal li wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti, ‘Infrastructure Malta’ ġiet infurmata wkoll minn Transport Malta li s-sistemi li kienu speċifikati fl-offerta kellhom jiġu aġġornati sabiex ikunu konformi mas-sistema taċ-Ċentru Nazzjonali għall-kontroll tat-Traffiku.

Il-Ministru qal li wara li kien diġa’ beda x-xogħol fuq il-mini, uħud mill-entitajiet aġġornaw il-pjanijiet tagħhom, u allura – dejjem skont Ian Borg – kien hemm il-bżonn li jiżdiedu xi xogħolijiet oħrajn għas-servizzi li ntalbu mill-aġenżija.

Ghalkemm issa x-xoghlijiet fil-mini huma kwazi lesti, hafna ilmentaw ghall-fatt li d-dawl ghadu ma giex kalibrat b’mod tajjeb – xi haga li qed tkun ta xkiel ghal diversi sewwieqa.