Futbol Sport

Ġlied fit-tim tan-nisa ta’ PSG

Il-player Aminata Diallo ġiet arrestata b’rabta ma’ investigazzjoni li qed issir wara li allegatament, Diallo attakkat waħda minn sħabha fit-tim stess. Jidher li l-inċident seħħ fl-4 ta’ Novembru li għadda fejn qed ikun allegat li Diallo attakkat waħda minn sħabha fit-tim wara li kienet qed tilgħab minn flokha.

Diallo lagħbet fl-aħħar partita li PSG kellhom nhar it-Tlieta kontra Real Madrid fejn rebħu bl-iskor ta’ 4-0. Fi stqarrija, il-klabb Franċiż qal li l-club qed jaħdem b’mod dirett mal-pulizija filwaqt li kkundanna wkoll dak li seħħ. Diallo lagħbet seba’ darbiet mat-tim nazzjonali Franċiż u ssieħbet ma’ PSG fl-2016 fejn lagħbet aktar minn 60 partita.

Ikkummenta