Il-maratona ta’ Shanghai li kella ssir aktar tard dan ix-xahar ġiet posposta b’mod indefinit hekk kif kien hemm żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19 fiċ-Ċina. Din hija l-aħħar minn sensiela ta’ maratoni li se tkun qed titħassar wara li diġa tħassru avvenimenti simili f’Wuhan, Shijiazhuang u Beijing.
In-numru ta’ każijiet attivi fiċ-Ċina fl-aħħar ġimgħat qabżu l-1,000 każ bl-organizzaturi jgħidu li għażlu li jkunu kawti u attenti fid-deċiżjonijiet tagħhom. Ir-restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid-19 fiċ-Ċina wasslu għall-numru ta’ avvenimetni sportivi biex ikunu kkanċellati fosthom in-National Games of China li kellhom isiru f’Settembru li għadda. Iċ-Ċina se tkun qed tospita l-Olimpjadi tax-Xitwa fi Frar li ġej.
//= $special ?>