Futbol Sport

Impenn internazzjonali għal Ishmael Barbara

Ir-referee Malti Ishmael Barbara se jkun qed jikkontrolla partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena bejn il-Kroazja u l-Estonja li se tkun qed tintlagħab fi’ Stadio Aldo Drosina fil-Kroazja.

Għal din il-partita, Barbara se jkun mgħejjun minn Roberto Vella u Duncan Sultana bħala Assistant Referees filwaqt li Emanuel Grech se jkun inkarigat fl-irwol ta’ raba’ uffiċjal. Ix-xahar li għadda Barbara għaqqad il-50 partita tiegħu fil-Kampjonat Premier.

Ikkummenta