F’residenza fi Triq id-Duluri fil-Pieta’, Uffiċjali tal-Animal Welfare wettqu ħidma intensiva biex jinħarġu numru ta’ klieb li allegatament kienu qed jinżammu fi stat ħażin.B’kollox inħarġu 21 kelb.. 19 minnhom tar-razza Pomeranian filwaqt li t-tnejn l-oħra huma tar-razza chihuahua. Fost dawn, kien hemm sitt ġriewi.
Kien għall-ħabta tal-10am meta l-uffiċjali flimkien mal-pulizija waslu quddiem din ir-residenza …u malli dahlu ġewwa sabu li l-klieb kienu fi stat ħażin. Fil-post iddominat riħa qawwija, fosthom ta’ urina u ħmieġ tal-klieb.
Uffiċjal tal-Animal Welfare li tkellem ma’ Net News qalilna li madwar 5 t’iklieb tar-razza Pomeranian qegħdin ibatu minn xi tip ta’ virus u għalhekk kellhom jittieħdu l-Isptar b’ambulanza separata għall-aktar investigazzjoni.
Il-bqija tal-klieb kellhom jittieħdu l-Isptar ukoll f’ambulanza oħra biex isiru aktar check-ups u investigazzjoni. Jidher illi l-persuna li kienet qed trabbi dawn l-klieb kienet qed tagħmel dan bl-intenzjoni biex tbigħhom.
Il-Pulizija minn naħa tagħha qed tinvestiga l-kaz.

