Il-coach ta’ Rangers Steven Gerrard huwa l-favorit li jsir il-coach il-ġdid ta’ Aston Villa hekk kif fil-ħin li ġej, Aston Villa mistenijja jagħmlu offerta uffiċjali għall-eks player ta’ Liverpool biex jieħu post Dean Smith.
Aston Villa keċċew lil Dean Smith fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet wara t-telfa li l-Villians sofrew kontra Southampton fejn kienet ukoll il-ħames telfa tal-istaġun. Id-diriġenza ta’ Aston Villa qed tuża din il-waqfa internazzjonali sabiex tagħmel l-aqwa għażla għall-club, bil-partita li jmiss tkun kontra Brighton.
Gerrard kellu sehem important ferm fis-suċċess li Rangers kisbu fl-aħħar snin, fejn fl-istaġun li għadda wassal lil Rangers għar-rebħ tal-ewwel kampjonat wara 10 snin ta’ dominanza minn Celtic. Gerrard jidher ukoll li se jkun qed jaċċetta din l-offerta sabiex jikseb esperjenza fil-Premier League hek kkif huwa wieħed mill-kandidati ewlenin biex fil-futur isir il-coach ta’ Liverpool.
//= $special ?>