Internazzjonali

Alec Baldwin imfittex minħabba negliġenza

Ir-raġel li kien responsabbli mid-dawl fuq is-sett waqt li kien qiegħed jinġibed il-film ‘Rust’, fetaħ kawża kontra l-attur Alec Baldwin wara l-isparatura li halliet membru tat-tim tal-produzzjoni mejta.

Serge Svetnoy, il-ħabib tal-vittma, qed jallega negliġenza li rriżultat fi tbatija emozzjonali, filwaqt li tenna li skansa l-balla bi ftit.

L-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw dan l-inċident li seħħ fil-21 ta’ Ottubru fi New Mexico. U s’issa jidher li ma tressqu ebda akkużi kriminali.