Lokali

Dwar il-ksur tal-etika ta’ Rosianne Cutajar, Zammit Lewis jgħid li issa biżejjed

L-attitudni tax-xejn mhu xejn tal-Partit Laburista kompliet ukoll fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar… illi instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika. Iżda sħabha tal-Labour, jew mingħajr opinjoni fuq dak li ġara, jew jibqgħu jiddefenduha.

Dan ħareġ fid-deher meta staqsejna lill-Ministru Edward Zammit Lewis.

Il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika unanimament kkonferma u adotta r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler… Unimament ifisser li fuqu qablu wkoll il-membri tal-Gvern, Glenn Bedingfield u Edward Zammit Lewis.

Il-Kumitat ikkonferma li d-deputat Laburista Rosianne Cutajar kisret il-Kodiċi ta’ Etika meta ma ddikjaratx donazzjoni ta’ €9,000 li rċeviet minn għand Yorgen Fenech wara deal ta’ propjetà fl-Imdina. L-istess rapport jindika li Rosianne Cutajar ħadet senserija ta’ €46,000.

Fir-rapport tiegħu l-Kummissarju Hyzler qal li Cutajar għandha tkun investigata mid-Dipartiment tat-Taxxi. Minn naħa l-oħra, il-Kummissarju tat-Taxxa Marvin Gaerty qal li d-Dipartiment ma joqgħodx jistenna rapporti uffiċjali u jinvestiga rapporti li jkun hemm fil-media. Hu sostna li qed isiru l-investigazzjonijiet fuq Rosianne Cutajar iżda ma setax jitkellem dwar dettalji minħabba kunfidenzjalità.

Dwar dan kollu, hadna wkoll il-kummenti tal-Ministru Ian Borg.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li mill-verifiki li ghamel rriżulta li fl-2020 Rosianne Cutajar kienet Segretarju Parlamentari u għalhekk hemm il-Kodiċi ta’ Etika li tispeċifika li kull donazzjoni ma tistax tkun aċċetttata.

Il-liġi tgħid li ħadd m’għandu jaċċetta rigali jew donazzjonijiet li jistgħu jpoġġuh taħt xi pressjoni u f’każ ta’ dubju għandhom jikkonsultaw mal-Prim Ministru.

L-Ispeaker ivverabalizza li l-Kumitat qed jadotta r-rapport tal-Kummissarju Hyzler fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Hu kompla li meta l-Kumitat isib ksur ta’ Kodiċi ta’ Etika, jista’ jieħu l-passi wara li Rosianne Cutajar titressaq quddiem il-kumitat.

F’dan il-Kumitat il-PN hu rappreżentata minn Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia.