Malta……………………….1
Kroazja…………………….7
Malta: H. Bonello, K. Shaw (K. Micallef 82′), A. Agius, E. Pepe, C. Attard, B. Kristensen (S. Pisani 46′), T. Teuma (M. Guillaumier 62′), R. Camenzuli, J. Mbong (S. Dimech 68′), L. Montebello (A. Satariano 62′), J. Degabriele
Kroazja: I. Grbic, J. Juranovic, D. Caleta-Car, J. Gvardiol, B. Sosa, L. Modric (N. Vlasic 54′), M. Borzovic (K. Jakic 46′), M. Pasalic (M. Livaja 62′), I. Perisic (M. Orsic 54′), A. Kramaric (B. Petkovic 54′), L. Majer
Referee: D. Aytekin
Assistenti referees: C. Dietz, D. Schaal
It-tim nazzjonali sofra telfa umiljanti fil-partita ta’ qabel tal-aħħar ta’ 7-1 kontra l-Kroazja. It-tim Kroat kellu bzonn bilfors tliet punti anke għall-fatt li r-Russja aktar qabel kienu għelbu lil Ċipru 6-0.
It-tim Kroat ħareġ mal-ewwel fuq l-offensiva u wara biss sitt minuti mar fil-vantaġġ permezz ta’ Ivan Perisic. Il-Kroati rduppjaw fit-22 minuta meta kien id-difensur Duje Caleta-Car li b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 2-0.
Il-Maltin, naqqsu l-iskor fil-31 minuta, meta minn kontra-attakk veloċi kien awto-gowl ta’ Marcelo Borzovic li għamilhom 2-1 f’tentatti li jbiegħed il-periklu minn cross ta’ Jurgen Degabriele. Il-Kroat iżda reġgħu fetħu vantaġġ doppju fid-39 minuta meta kien Mario Pasalic li għamilhom 3-1. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, l-Kroazja prattikament għalqu l-partita meta kien Luka Modric li għamilhom 4-1.
Fit-tieni taqsima, il-Kroati komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima, fejn komplew ikunu dominanti hekk kif fl-47 minuta, Lovro Majer kompla jkabbar l-iskor għal 5-1. It-tim ta’ Zlatko Dalic kompla jiddominaw u fit-53 minuta kien Andrej Kramaric li għamilom 6-1. Lovro Majer skorja t-tieni gowl personali u s-seba’ wieħed għall-Kroazja fl-64 minuta.
It-tim Malti jkun impenjat fl-aħħar partita minn dan il-grupp nhar il-Ħadd li ġej kontra l-Islovakkja, fejn il-players Maltin jekk jiskbu punt minn din il-partita ikunu kisru r-rekord ta’ kemm ġabru punti f’fażi ta’ kwalifkazzjoni.
//= $special ?>