Lokali

Kju ma jispiċċa qatt fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Numru kbir ta’ persuni qed jilmentaw li biex joħorġu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ikollhom jistennew mill-inqas siegħa fi kju ma jispiċċa qatt sakemm jgħaddu minn proċeduri relatati mal-pandemija.

F’kelma oħra, wara titjira li wieħed bla ma jrid jgħajja xi ftit jew wisq, ikollu jistenna għal ħin twil bilwieqfa u jimxi pass pass sakemm fl-aħħar ikun imissu hu.

Dawk li weħlu f’dan il-kju saħqu li fl-ebda pajjiż ieħor ma kien hemm kju ta’ dan it-tip, iżda kien biss meta waslu f’Malta li esperjenzaw dan id-dewmien liema bħalu.