Raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun inżamm taħt arrest preventiv mill-Maġistrat Elaine Mercieca wara li ġie mixli b’ħasil ta’ flus ta’ €84,000 u li kellu fil-pusses tiegħu blokki ta’ kokaina, piż ta’ żewġ kilos kokaina, liema droga instabet f’ċirkostanzi ma li ma kinitx għal użu personali tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li Ian Zammit kellu aktar droga iżda pprova jiddisponi minnha u dan peress li wara li daħlu f’residenza fis-sink sabu traċċi tad-droga imxarrba u dan bil-ħsieb biex tiġi distrutta l-evidenza. L-Ispettur Alfredo Mangion qal lill-Qorti li fit-3 ta’ Novembru li għadda Zammit kien arrestat wara nvestigazzjoni li kienet saret fejn hemm persuna oħra li ġiet u għadha qed tiġi nvestigata u li hija relatata ma’ dan il-każ.
Mangion qal li l-iskwadra ta’ kontra d-droga daħlet għand Zammit u sabet diversi oġġetti relatati mad-droga. Oġġetti relatati mad-droga nstabu wkoll fil-karozza tiegħu li kienet f’garaxx li għadu qed jinbena, fejn hemm f’pouch instebet ukoll is-somma ta’ €84,000.
L-Ispettur Mangion li flimkien mal-Ispettur Oriana Spiteri ressqu lil Zammit qal li wara jumejn jinterrogawh huwa ngħata l-police bail biex nhar l-Erbgħa li għadda, meta qalulu biex jerġa’ jmur sabiex ikellmuh, ġie arrestat. Tenna li l-Pulizija kienu telquh għall-ħabta tal-5.30pm.
Hawn l-Avukat Franco Debono li flimkien mal-Avukat Marion Camilleri deheru għal Zammit staqsa jekk il-klijent tiegħu qagħadax mar-regolamenti tal-police bail u meta reġgħu bagħtu għalih, b”Mangion iwieġeb li kien għall-ħabta tas-1.00pm u li l-akkużat mar mingħajr problemi.
L-Avukat Debono hawn staqsa għaliex Zammit tressaq b’arrest u mhux b’ċitazzjoni u x’inhuma l-linji ta’ gwida fuq meta persuna titresssaq b’arrest jew b’ċitazzjoni. Staqsa kif il-Pulizija tiddeċiedi b’liema mod tressaq. Meta l-Ispettur Mangion qal li huwa kien se jopponi t-talba għall-pleġġ, l-Avukat Franco Debono qal, “mela l-Pulzija tagħtu l-ħelsien mill-arrest permezz tal-police bail u qed tgħid lill-Qorti biex hi ma tagħtihx il-ħelsien mill-arrest.
Debono staqsa wkoll jekk ix-xhieda u l-provi kollha ġewx konservati fl-inkjesta li saret fuq dan il-każ. Il-Prosekuzzjoni hawn qalet li iva, imma jista’ jkun li jkun hemm xhieda oħra li ma xedhdux fl-inkjesta. Debono hawn staqsa jekk din hijiex tattika minn naġa tal-prosekuzzjoni biex l-akkużat jibqa’ arrestat.
Meta komplew s-sottomissjonijiet fuq il-pleġġ, il-prosekuzzjoni minn naħa tal-Avukat Ġenerali li kienet immexxija mill-Avukat Andrea Zammit opponiet bil-qawwa kollha fuq il-ħelsien mill-arrest u qalet li hemm il-biża li jiġu kontaminati l-provi, l-fatt li xahar u nofs ilu huwa kiser il-kundizzjonijiet tal-liberà proviżorja u li huwa bniedem mhux affidabbli.
L-Avukat Zammit talab ukoll lill-Ispettur Mangion jgħid li Zammit diġa pprova jbagħbas meta l-ewwel pprova jiddistruġġi d-droga u anke ħeba ċ-ċavetta tal-karozza li għall-ewwel qal li kien biegħha u wara nstabet li kienet għadha fil-pusses tiegħu.
L-Avukat Debono qal li huwa qed jitkellem fuq il-fatti u li huwa minnu li f’ħames t’ijiet li l-klijent tiegħu dan bil-police bail dan ma pprova bl-ebda mod jikkontamina l-provi. Tenna li hawn l-Avukat tal-AĠ u l-Ispettur mhumiex jaqblu għaliex filwaqt li l-Ispettur qal li Zammit obda, l-Avukat tal-AĠ qed jgħid li mhux affidabbli.
Finalment saret talba biex jiġu friżati l-assi tal-akkużat, liema talba kienet ikkontestata mid-difiża bil-Qorti tilqa’ t-talba għal ordni ta’ qbid u ffriżar.
//= $special ?>

