Lokali

Tikber il-pressjoni fuq Byron Camilleri fid-dawl tal-14-il mewt fil-ħabs ta’ Kordin

Wara l-aħħar każ ta’ priġunier li nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu, l-14-il mewta fil-ħabs ta’ Kordin f’dawn l-aħħar tliet snin…qed tikber il-pressjoni fuq il-Ministru Byron Camilleri biex jerfa’ r-responsabiltà u jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu.

Il-Professur Andrew Azzoppardi, meta intervistat waqt il-programm KontraKurrent… kien ċar ħafna fi kliemu, kif l-istess kien il-preżentatur Peppi Azzopardi.

Mhux tal-istess opinjoni pero, il-Ministru Ian Borg.

Wara tant stejjer xokkanti mill-ħabs, wara tant imwiet taħt it-tmexxija tiegħu, Alex Dalli ssospenda lilu nnifsu minflok tneħħa mill-kariga.

Kellu jkun hu li jitlaq, għaliex il-Ministru Byron Camilleri baqa’ ma ħa ebda azzjoni, u baqa’ jiddefendih ….kif l-istess għamel il-Prim Ministru Robert Abela li anke meta l-imwiet f’Kordin kienu diġa laħqu ammonti xokkanti, baqa’ joħroġ għandu għad-direttur tal-ħabs.

Arun Jose… l-Indjan ta’ 32 sena, li nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu f’Diviżjoni 4, huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal. Hu kien ilu madwar xahar fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Stqarrija maħruġa mill-istess Faċilità qalet li dan jidher li kien każ ta’ suwiċidju. L-Indjan instab mejjet għall-ħabta tas-6.30 tal-Erbgħa filgħodu.

Intant, waqt li kien intervistat minn Roderick Agius, Peppi Azzopardi wassal dan il-messaġġ lill-priġunieri li jinsabu mbeżża’ fil-ħabs, minħabba din is-sitwazzjoni li kompliet tigrava.

Ikkummenta