It-tennist Amerikan Tommy Paul elimina lil Brittaniku Andy Murray biex b’hekk għadda għas-semi finali tal-Open ta’ Stokkolma. Paul għeleb lil Murray 6-2 3-6 6-3 f’sagħtejn u 16-il minuta, fejn issa se jiltaqa’ kontra l-kompatrijott Francis Tiafoe fis-semi finali. F’kummenti wara l-partita Paul qal li ħassu kunfidenti ferm fil-partita kontra Murray u kien sodisfatt li żamm mal-pjan li ħejja fit-taħriġ.
Intant fl-unika partita bejn iż-żewġ semifinalisti, Tiafoe kien ħareġ rebbieħ 7-5 7-6 fuq Paul lura fi Frar tal-2020. Fis-semi finali l-oħra Dennis Shapovalov jiltaqa’ kontra l-Kanadiż Felix Auger Aliassime għall-post fil-finali.
//= $special ?>