Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 50 każ ġdid – ifiqu 10

Ikomplu jiżdiedu l-każi attivi ta’ Covid-19 fil-Gżejjer Maltin hekk kif issa l-poplu ilu jħabbat wiċċu ma’ din il-pandemija għal din l-aħħar sena u 8 xhur.

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 50 każ ġdid tal-virus filwaqt li l-persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei pożittivi għal Covid-19 baqgħu jammontaw għal 16, inkluż 3 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

F’temp ta’ ġimgħa pajjiżna rreġistra 304 każi ġodda, l-ogħla rata ta’ każi sa minn Settembru.

Dan filwaqt li fiequ 10 persuni u fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda fatalità bl-ammont ta’ vittmi jibqa dak ta’ 462.

Għaldaqstant il-każi attivi żdiedu għal 513.