Futbol Sport

Dani Alves jirritorna ma’ Barcelona

Id-difensur laterali ta’ 39 sena Dani Alves rritorna mat-tim ta’ Barcelona fi Spanja hekk kif kien jinsab mingħajr club. Aktar kmieni Alves offra li jirritorna ma’ Barcelona biex jgħin fl-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ li hemm fit-tim, filwaqt li jikkontrobwixxi bl-esperjenza tiegħu. Fil-karriera tiegħu Dani Alves rebaħ 43 trofew li jagħmluh l-aktar plejers li kiseb suċċess fil-karriera kalċistika tiegħu.

Ma’ Barcelona Dani Alves rebaħ xejn inqas minn 23 trofew fl-era fejn rebaħ darbtejn it-treble. Dan is-sajf hu sar l-ikbar plejer li qatt rebaħ l-Olimpjadi hekk kif it-tim tal-Brażil rebħu l-midalja tad-deheb f’Tokjo fil-finali kontra Spanja.

Raapporti fi Spanja qed jindikaw li kien Xavi, il-coach il-ġdid ta’ Barcelona, li approva dan it-trasferiment tal-eks kollega tiegħu, fejn flimkien kisbu diversi suċċessi fil-karriera tagħhom fin-Nou Camp.