Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-Brażil jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

(Ritratt: EPA)

Il-Brażil saru l-ewwel nazzjon li kkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar b’rebħa ta’ 1-0 fuq il-Kolumbja. Il-ħames darbiet champions tad-dinja jingħaqdu mal-Ġermanja u d-Danimarka fost l-ewwel timijiet li kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2022. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-72 minuta meta minn pass ta’ Neymar kien l-attakkant ta’ Lyon Lucas Paqueta li b’xutt minn bejn żewġ difensuri għeleb lil David Ospina għal 1-0. Din kienet ukoll il-11-il rebħa minn 12-il partita għat-tim immexxi minn Tite.

Intant f’partita oħra iċ-Ċile għelbu lil Paragway b’rebħa minima oħra ta’ 1-0, biex żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Il-gowl taċ-Ċile wasal fis-56 minuta meta minn corner ta’ Alexis Sanchez kien il-goalkeeper Antony Silva li tefa’ fil-lasta tiegħu stess.

Fit-tielet partita il-Peru għalebu lil Bolivia bl-iskor ta’ 3-0, bl-istess Peru jinsabu fis-7 post b’14-il punt. Għalkemm m’humiex fost il-favoriti li jikkwalifikaw, huma xorta waħda għadhom biċ-ċans li jagħmluha għat-Tazaz tad-Dinja tal-Qatar. It-tliet gowls kienu skorjati fl-ewwel taqsima meta kien Gianluca Lapadula li fetaħ l-iskor fid-9 minuta. Huma rdoppjaw fil-31 minuta meta minn pass ta’ Miguel Trauco kien Christian Cueva li tefa’ ġewwa. Biex fid-39 minuta huma skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ Sergio Pena.