F’ħames snin inbidel ħafna, u ma nbidel xejn.
F’ħames snin inbidel il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, u nbidlu wkoll numru ta’ Deputati tal-Gvern. Iżda mill-bqija, ftit li xejn differenza.
Ħames snin ilu kellna lil Joseph Muscat jiddefendi lil Konrad Mizzi, li kien is-suġġett ta’ skandli u allegazzjonijiet ta’ konfoffi u korruzzjoni.
Illum, bħal Muscat dakinhar, Robert Abela qed jibqa’ jservi ta’ paraventu kull meta Deputat minn tiegħu jispiċċa fl-istess sitwazzjoni bħal fil-każ ta’ Rosianne Cutajar li minkejja li issa kellha l-kundanna kemm tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll tal-Kummissarju għall-Istandards, għadha qed issib l-irdoss tal-Prim Ministru.
Iżda minbarra d-difiża ta’ Abela, Cutajar tidher li għandha wkoll is-serħan il-moħħ mill-kollegi tagħha, kif deher ċar mill-mod kif tkellmet ma’ NET News il-Ministru Miriam Dalli.
Lill-Ministru Dalli tajniha l-benefiċċju tad-dubju li forsi ma kinitx fehmet il-mistoqsija u erġajna staqsejniha, mhux x’għamlet Rosianne Cutajar, iżda x’azzjoni se jieħu l-Grupp Parlamentari Laburista fil-konfront tagħha, issa li anke d-Deputati tal-Gvern fil-Kumitat Parlamentari rrikonoxxew li Cutajar kienet kisret il-Kodiċi tal-Etika.
Miriam Dalli kienet skomda mmens bil-mistoqsijiet, tant li baqgħet ma weġbitx x’se jagħmel, jekk fil-fatt beħsiebu jagħmel xi ħaġa, il-Grupp Parlamentari dwar Rosianne Cutajar.
U b’hekk bħal sħabha l-kollegi l-oħra fil-Gvern, anke jekk skomda, ikkonfermat li se tibqa’ ċassa quddiem dak li għamlet il-kollega tagħha Rosianne Cutajar.
//= $special ?>