Lokali Qorti

Il-Qorti tiddikjara arrest invalidu fuq żagħżugħ allegatament involut f’serqa

Il-Qorti qalet f’deċiżjoni li tagħat li l-arrest ta’ żagħżugħ kien invalidu minhabba li certi drittijiet tiegħu waqt il-mument tal-arrest ma ġewx osservati. Dan wara li d-difiża qajment diversi punti legali dwar il-validità tal-arrest Simon Layton Rashid, residenti Santa Venera, 20 sena, kompliċità f’serqa.

Il-prosekuzzjoni qalet li nhar il-Ħamis, 11 ta’ Novcembru għall-ħabta tal-4.30am. seħħet serqa b’arma fejn il-Palazz l-Aħmar Santa Venera, maġemb l-iskola St.Michaels. L-akkużat ordna taxi minn fejn il-fabbrika Methode, u lix-xufier qallu biex imur fejn l-istabbiliment Eurosport fi Triq Psaila.

Wara tabu biex imur fejn il-Palazz l-Aħmar u qallu biex jieqaf. Hemm f’tebqa’ t’għajn ħarġet persuna oħra minn fejn xi siġar, u dan talbu biex isarafflu 50 ewro. Wara mar fejn kien riekeb Jaoud fuq wara, u dan daħal mit-tieqa u kellu sikkina f’idejh u talab lix-xufier xi flus.

Minn naħa tiegħu x-xufier beża’ u saq bil-persuna tkompli titolbu l-flus u li spiċċat biex ħatfitlu l-kartiera. Wara din ix-xena kemm l-imputat kif ukoll l-aggressur ħarbu minn fuq il-post. Ix-xufier tat-taxi mar l-Għassa tal-Ħamrun jagħmel rapport.

Wara aktar stħarriġ mill-Pulizija ħareġ li t-talba għat-taxi ma saritx minn numru tal-akkużat imma min numru ieħor ta’ persuna oħra. F’ħin minnhom anke Jaoud mar l-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun minn jeddu u peress li beda jaġixxi b’mod stramb u l-fatt li minn dak li rriżulta li bbukkja taxi għall-ftit minuti. Huwa ġie arrestat.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija tal-RIU kienu nnutaw lill-imputat. L-Avukati Michael Sciriha ikkontestaw il-validità tal-arrest u staqsew ħafna domandi lill-Prosekuzzjoni jekk ma mxewx skont il-liġi u mal-prassi li jgħidu lill-imputat għaliex kien qed jiġi arestat.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana qalet li l-arrest ma kienx wiehed validu minhabba li l-imputat ma kienx notifikat immedjatament wara l-arrest tieghu bir-raguni tal-arrest bl- avukati difensuri Matthew Xuereb u Michael Scriha talbu prova bil miktub ta dan. Il prosekuzzjoni ma prezentatax prova cara li kkonvinciet lil qorti.

L imputat inħeles izda ħarġet ordni ta protezzjoni favur il vittma tas-serqa. L imputat ma jistax jaghmel kuntatt mal-vittma jew vittmi għal ħames snin inkella jista jehel multa ta 7,000 ewro u sentenza ta sentejn habs. Issa l-każ tiegħu mistenni jibda jinstema’ quddiem Maġistrat ieħor. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia, Roderick Attard u Stacy Gatt.