Tħabbret il-mewt tal-eks midfielder Ingliż Ron Flowers fl-eta’ ta’ 87 sena. Flowers kien parti mit-tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1966 iżda ma lagħab l-ebda partita f’dak it-turnament.
Hu lagħab 49 darba għat-tim nazzjonali Ingliż filwaqt li lagħab 515 darba għal Wolves bejn l-1952 u 1967. Flowers rebaħ tliet darbiet l-Ewwel Diviżjoni kif ukoll rebaħ l-FA Cup matul il-15-il sena li għamel ma’ Wolves.
Flowers kien l-ewwel plejer Ingliż li skorja fil-Kampjonati Ewropej, b’gowl kontra Franza, f’partita ta’ kwalifikazzjoni, fl-1962 f’Hillsborough.
Hu ingħata l-midalja tat-Tazza tad-Dinja fl-2009 filwaqt li fl-2021 kien inkluż fil-lista tal-persuni li ngħataw midalja mir-Reġina, bħala MBE.
//= $special ?>