Futbol Sport

Jintbagħat 18-il xahar priġunerija n-negozjant li organizza l-vjaġġ ta’ Emiliano Sala

In-negozjant li organizza l-vjaġġ ta’ Emiliano Sala, David Henderson, intbagħat 18-il xahar priġunerija wara li nstab ħati li tefa’ f’periklu l-ħajja ta’ Sala u l-pilota, David Ibbotson, li t-tnejn tilfu ħajjithom meta waqa’ l-ajruplan fi vjaġġ lejn Cardiff, f’Wales. Henderson, 67, intbħat il-ħabs wara li fil-ġuri tax-xahar li għadda, l-ġurati sabuh ħati b’verdett ta’ 10 voti kontra 2.

Sala, li kellu 28 sena, kien se jiffirma mal-club ta’ Cardiff mingħand il-club Franċiż ta’ Nantes, iżda kien involut f’inċident bl-ajruplan fi triqtu lejn Cardiff.

Jidher li għalkemm ingħatat din is-sentenza b’rabta mal-każ, iż-żewġ timijiet ta’ Cardiff u Nantes, għadhom għaddejin f’battalja legali dwar min hu responsabbli għas-somma ta’ £15 miljun, bil-UEFA u l-FIFA jisħqu li l-club minn Wales għandu jħallas din is-somma. Madanakollu, Cardiff mistennija jappellaw minn din is-sentenza mal-Qorti Arbitrali tal-Isport.