Lokali

Jittajjar f’nofs ta’ lejl u jsofri ġrieħi gravi

Raġel Somalu indarab gravi f’inċident li seħħ f’nofs ta’ lejl fil-Marsa.

Huwa ttajjar minn vettura tat-tip Rover Evoque għal ħabta tan-12.30am. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti l-Belt Valletta.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident u mal-wasla tagħha fil-post sabur lis-Somalu midrub.

Fil-post waslet ukoll l-għajnuna medika permezz ta’ tim mill-isptar Mater Dei li ħadu lill-vittma l-isptar permezz ta’ ambulanza. Mal-wasla huwa ġie ċċertifikat li kien sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Tags