Għal min din il-ġimgħa kien qed isegwi l-aħbarijiet internazzjonli, speċjalment dawk Ewropej, żgur li laqtitu s-sitwazzjoni preżenti li sabu lilhom infushom preżentament fiha diversi immigranti illegali mill-Iraq, is-Sirja u l-Jemen tul il-fruntiera Pollakka – fil-bard u l-kesħa ta’ Novembru.
Għal min irid jsegwi aktar fid-dettall kif dawn in-nies sabu lilhom infushom f’din is-sitwazzjoni, tistgħu ssegwu l-kitba ta’ Richard Cassar, li fiha evalwa din is-sitwazzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa.
Madankollu, mill-10 ta’ Novembru ‘l hawn, is-sitwazzjoni, kemm għal dawn in-nies li jinsabu maqbuda bejn il-fruntiera Pollakka, kif ukoll għall-pajjiżi rispettivi, kompliet teskala, hekk kif aktar kmieni llum il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko hedded lill-Unjoni Ewropea li jekk is-sitwazzjoni mhix se tkun solvuta, il-Gvern tiegħu se jkun qed iwaqqaf l-aċċess tal-gass għall-pajjiżi Ewropej.
Probabbli bħalissa qed tistaqsi: “Imma kif il-Belarus tista’ twaqqaf l-aċċess tal-gass għall-Unjoni Ewropea?”
Dan sfortunatament hu possibbli, hekk kif l-Unjoni Ewropeja timporta kwantità kbira ta’ gass mir-Russja b’mezzi ta’ ‘pipeline’ li jgħaddi mill-Belarus u b’hekk, il-Gvern tal-Belarus għandu l-abbiltà li jwaqqaf l-importazzjoni ta’ dan ir-riżors ferm importanti għall-pajjiżi Ewropej.
Madankollu, l-Unjoni Ewropea ma’ baqgħetx siekta meta ġiet iffaċċjata minn din it-theddida, hekk kif l-Unjoni Ewropea pproponiet aktar sanzjonijiet fuq il-Belarus, bir-Renju Unit u l-Istati Uniti lesti jingħaqdu mal-Ewropa biex jimponu dawn ir-restrizzjonijiet ġodda fuq il-pajjiż.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija Paolo Gentiloni ddikjara li l-Unjoni Ewropea mhix se tkun intimidata min din it-theddida. Min-naħa tiegħu, Lukashenko reġa’ sostna li jekk l-Unjoni Ewropea se tkompli timponi s-sanzjonijiet, se jieħu azzjoni, biż-żewġ naħat mhux lesti jċedu.
//= $special ?>