Lokali Qorti

Isir l-aċċess fil-Mellieħa fejn waqa’ Lamin Jaiteh

Il-Ġimgħa wara nofs inhar sar l-aċċess fuq il-post ta’ kostuzzjoni ta’ fejn waqa’ l-immigrant Jaiteh Lamin wara li f’seduta minnhom kien żvelat li baqa’ ma ġiex stabbilit eżattament minn fejn u kif waqa’ l-immigrant ta’ 32 sena mill-Gambja f’Settembru li għadda.

L-aċċesss kien immexxi mill-Maġistrat Marse-Anne Farrugia fejn preżenti kien hemm l-istess Lamin fuq siġġu tar-roti, l-akkużat Glen Farrugia ta’ 31 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Direttur tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors, li qed jiġi mixli li kkaġuna b’mod volontarju ġrieħi gravi fuq l-immgrant, l-Avukat difensur Franco Debono, l-Avukat tal-parte civile Gianluca Capitta, u persuni oħra relatati mal-każ.

Farrugia qed jiġi mixli wkoll li  pprova jaħbi reat u akkużi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li naqas li jħallas saħra u jagħti kundizzjonijiet xierqa skont il-liġi lil Lamin Jaiteh li waqt minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa, u spiċċa biex kiser l-ispina ta’ dahru.

Jaiteh Lamin kien ilu jaħdem mal-kuntrattur Glenn Farrugia mit-18 ta’ Settembru tal-2021. Dan ifisser 10 t’ijiem biss minn meta ġara l-inċident il-Mellieħa. F’ħin minnhom huwa ried martell u talab lil xi ħadd fis-sular t’isfel biex inewwilulu, rifes fuq planka li nqalbet u spiċċa biex waqa’ għal isfel.

Glenn Farrugia qed jiġi akkużat illi tefa’ impjegat tiegħu ma’ bankina wara li kien waqa’ u minflok ħadu l-Isptar  saqu b’vann għal Selmun u telqu fuq il-bankina, b’saqajh għal barra t-triq. Farrugia jinsab bil-pleġġ fejn kien ordnat iħallas depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000. Huwa jrid jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u jkun id-dar wara ċertu ħin.