MALTA ………. 0
SPANJA ……… 5
Malta: C.Formosa, A.Vella, C.Gauci(A.Bradshaw 84′). M.Ellul, C.Zammit Lonardelli, M.Grima, B.Sciberras (J.Sixmith 74′), A.Attard (G.Sciberras 74′), A.Garzia (K.Mohnani 46′), J.Engerer, J.Ghio (J.Carbone 46′)
Spanja: J.Agirrezabala (J.Garcia 74′). M.Sanchez. H.Guillamon, A.Frances (J.Fontan 46′) S.Carreira, B.Turrientes (S.Camello 61′), U.Vencendor (J.Gragera 54′), O.Saincet, G.Campos, A.Ruiz, S.Gomez (J.Lobete 46′)
Referee: D.Bel
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kienu megħluba f’darhom minn Spanja bl-iskor ta’ 5-0, f’partita li l-Ispanjoli ddominaw. Huma marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta kien Sergio Gomez li minn tarf il-kaxxa għeleb lil Cain Formosa għal 1-0. Minuta wara huma rdoppjaw meta wara żball difensiv, kien Abel Ruiz li approfitta u għamilhom 2-0.
Spanja għamluhom tlieta sitt minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn corner kien Hugi Guillamon li għeleb lil Formosa bir-ras għal 3-0. Fit-tieni taqsima Spanja baqgħu fil-kontroll tal-partita u ma damux ma skorjaw ir-raba’ gowl, meta minn pass ta’ Abel Ruiz kien Julen Lobete li mill-viċin ma żbaljax. Spanja skorjaw il-ħames gowl tagħhom fis-86 minuta meta reġa’ kien Abel Ruiz li kkonkluda fix-xibka wara azzjoni maħduma tajba.
It-tim Malti issa jivvjaġġa lejn l-Irlanda ta’ Fuq biex għall-partita li jmisshom nhar it-Tlieta f’Lurgan.
//= $special ?>