L-avukat Antoine Agius Bonnici f’isem l-AĠ qal lill-qorti li qed jitlob differiment fil-każ ta’ John Dalli u qed jistennew direzzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa qal li l-Kummissjoni Ewropea jeħtieġ li tikkonkludi proċedura amministrattiva qabel ma tkun tista’ tiddetermina l-kwistjoni tal-immunità.
Deċiżjoni dwar dan li sabet oġġezzjoni qawwija bil-qorti tiddeċiedi li tisma’ l-każ ix-xahar id-dieħel u li dan kien se jkun l-aħħar differiment wara li dan kien diġa ġie differit f’Settembru li għadda. John Dalli qed jiffaċċja akkużi fuq €60 miljun allegazzjonijiet b’rabta mal-każ ta’ tixħim mal-iskandlu tas-snus.
L-eks Kummissarju Ewropew tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni minħabba l-allegazzjonijiet ta’ tixħim li wasslet għar-riżenja tiegħu mill-Kummissjoni fl-2012. Dalli kien ġie investigat wara li r-rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF, li kienm indika li l-eks Kummissarju Ewropew kien jaf bl-allegat każ ta’ tixħim biex tkun tista’ tgħaddi direttiva dwar it-tabakk Snus.
Id-difiża bil-qawwa kollha ma qablitx ma’ dan il-punt fejn qalet li l-prosekuzzjoni qed tkaxkar saqajha għax m’għandhiex każ b’saħħtu. Il-maġistrat Caroline Farrugia Frendo ukoll deheret urtata bl-atteġġament tal-prosekuzzjoni fejn qalet li alokat seduta għal dan il-każ, biex mbagħad jumejn ilu qabel saret talba għall-aġġornament. “Issa rrid immur lura għad-djarju tiegħi u nsib data oħra.”
Fil-bidu tas-seduta l-maġistrat informat lid-difiża li kien hemm talba għal aġġornament ippreżentata mill-prosekuzzjoni. L-avukati ta’ Dalli, Stephen Tonna Lowell u Stefano Filletti oġġezzjonaw bil-qawwa għal dan, u qalu li din hija t-tieni darba li l-prosekuzzjoni qed tipprova twarrab il-każ. Dalli jinsab il-Qorti iżda għadu ma ġiex akkużat formalment b’ebda reat, qalu l-Avukati.
Il-prosekuzzjoni u l-AĠ it-tnejn qajmu kwistjoni ta’ immunità possibbli. Jidher li jista’ jkun hemm liġi tal-UE li tipproteġi lill-eks Kummissarju milli jiġi akkużat, qalet il-Qorti. Agius Bonnici kkwota t-trattat tal-UE inkwistjoni: Dawn l-uffiċjali jista; jkollhom immunità mill-prosekuzzjoni għal kwalunkwe att li jsir fil-kapaċità uffiċjali tagħhom.
Huwa dibattitu akkademiku ingħad. Il-Qorti jingħad li trid tiddetermina jekk l-att allegatament imwettaq minn Dalli kienx relatat max-xogħol uffiċjali tiegħu fl-UE. L-avukat tal-AĠ jgħid li din l-immunità hija limitata u hija maħsuba biex tissalvagwardja l-UE mhux l-individwi. Il-maġistrat iddeċidiet aġġornat s-seduta u f’digriet li tagħat dwar il-kwistjoni għal 21 ta’ Diċembru li ġej. Minn naħa tal-pulizija l-prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Anthony Scerri.