Coronavirus Lokali

Covid-19: 51 każ ġdid, 12 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 51 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess żmien 12 huma meqjusa li fiequ u għaldaqstant il-każi attivi komplew jiżdiedu u issa huma 552.

Ħmistax -il persuna bħalissa huma rikoverati l-Isptar b’sintomi tal-Coronovirus, bi tliet minnhom fit-taqsima tal-kura intensiva.

Fortunatament ma kienx hemm vittmi fl-aħħar 24 siegħa. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, fl-aħħar sigħat ingħataw ftit inqas minn 1,800 doża tal-booster tal-vaċċin.