Futbol Sport

Dean Smith mistenni jinħatar coach ta’ Norwich

(Ritratt: EPA)

Dean Smith huwa l-favorit li jinħatar coach ta’ Norwich City wara li jidher li Frank Lampard li wkoll kien qed ikun ikkonsidrat f’dan l-irwol irrifjuta din l-offerta.

Smith tkeċċa minn coach ta’ Aston Villa aktar kmieni din il-ġimgħa wara li l-club sofra ħames telfiet konsekuttivi. Norwich ukoll keċċew lill-coach Daniel Farke l-ġimgħa li għaddiet minkejja li Farke kiseb l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Norwich.

Smith fil-preżent jinsab fl-Istati Uniti fejn qed iqatta’ xi żmien mal-familja tiegħu. Norwich fil-preżent jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-Premier League hekk kif għandhom biss ħames punti minn 11-il partita.