Internazzjonali

Eluf joħonqu t-toroq ta’ Victoria

Eluf ta’ nies ħonqu t-toroq ta’ Melbourne, l-Awstralja fi protesta kontra l-Kap tal-Istat ta’ Victoria. Daniel Andrews li huwa wkoll il-mexxej Laburista f’Victoria preżentament qed jagħmel lobbying qawwi biex hu jingħata l-poter kollu li wieħed li jista’ jkollu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Dan ifisser li jekk Andrews jingħata dan il-poter jkun jista jsejjaħ emerġenza ta’ stat u jgħaddi l-liġijiet b’emerġenza mingħajr l-approvazzjoni tal-maġġoranza.

Dawn il-manuvri min-naħa ta’ Andrews qed ikunu deskritti bħala assurdi, u qajmu għadd ta’ tħassib f’dan l-istat, b’bosta jitolbu r-riżenja tiegħu.