Dan id-dokument x’inhu?
Il-‘Paris Agreement’ huwa dokument legali li jorbot diversi pajjiżi flimkien fuq skala internazzjonali biex jonqos globalment l-ammont ta’ tniġġis li diversi pajjiż qiegħdin jarmu fl-atmosfera tad-dinja. Il-Paris agreement ġie adottat bejn 196 pajjiż waqt il-COP21 f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 u beda jiġi infurzat fl-4 ta’ Novembru fl-2016.
Dan l-arranġament kif jaħdem?
Biex il-‘Paris Agreement’ jiġi implimentat, il-pajjiżi li ffirmaw dan l-arranġament, qegħdin jiftehmu biex jagħmlu diversi tibdil fil-pajjiżi tagħhom inkluż kemm fuq livell ekonomiku, kif ukoll soċjali. Dan ifisser iż-żieda fir-riċiklar, tnaqqis tal-karozzi jew iż-żieda ta’ karozzi elettroniċi, ekonomija li taħli anqas u diversi metodi oħra biex jissalvagwardjaw l-ambjent.
Waqt il-‘Paris Agreement’ il-pajjiżi tad-dinja ftehmu ukoll biex jkun hemm koperazzjoni internazzjonali bejn pajjiż u ieħor biex jitnaqqas l-ammont ta’ tniġġis. Dan jista’ jseħħ billi l-pajjiż jikkolaboraw ir-riċerka tagħhom biex joħolqu sistemi ġodda ta’ sostenibbiltà jew biex saħansitra jinvestu f’kumpaniji privati li qegħdin jaħdmu fuq dawn it-tip ta’ proġetti.
X’kienu it-tiri ta’ dan id-dokument?
L-għan essenzjali ta’ dan id-dokument kien biex diversi pajjiżi jibdew jsiru ‘Zero emmission countries‘. Dawn it-tip ta’ pajjiżi huma pajjiżi li ma jipproduċux tniġġis u b’hekk ma’ jkollhom l-ebda effett negattiv fuq l-ambjent.
Madankollu dan huwa proċess twil u diffiċli li jinvolvi diversi investimenti, riċerka u anke koperazzjoni ma’ diversi pajjiżi.
//= $special ?>