Għal min dal-aħħar kien qieħed jsegwi is-summit tal-COP26, wieħed jinnota li f’dawn l-aħħar tlietax il-ġurnata kien hemm diversi tlajja u inżul. Fost it-tlajja kellek il-ftehim revoluzzjonarju bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti, u fost l-inżul kellek ir-rapporti ħirġin mill-COP26 li qiegħdin jgħidu li s-summit li suppost kellhu jasal fi tmiemu fit-tnax ta’ Novemberu ġie estiż minħabba nuqqas ta’ qbil bejn il-pajjiżi.
Apparentament id-diżgwid riċenti bejn il-pajjiż jinvolvi id-deskrizzjoni tal-frażi “Fossil fuels”, bid delegati tas-Sawdi Arabja u ċ-Ċina jimbuttaw biex dawn ir-riżorsi ma jkollhomx ħafna restrizzjonijiet fuqhom u jħallew barra mill-arranġament tal-COP26 bħalma sar fl-arranġament tas-Summit ta’ Pariġi fl-2015.
Madankollu dan mhux qiegħed jwaqqaf lill-pajjiżi il-kbar tal-Punent milli jkomplu jinsistu għal qbil unanimu biex riżorsi ta’ Fossil fuels’ bħaż-żejt, il-gass naturali u l-faħam jkollhom restrizzjonijiet aktar stretti, kemm fuq l-użar kif ukoll fuq il-minjieri ta’ dawn ir-riżorsi. Sadanittant pajjiżi bħaċ-Ċina u s-Saudi Arabja mhumiex lesti jieqfu kompletament milli jużaw il-faħam.
Sorsi mill-Gvern tar-Renju Unit stqarrew ukoll li l-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson saħansitra anke għamel telefonata diplomatika lill-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau biex ikun hemm ftehim aktar mgħaġġel ħalli jintlaħqu diversi tiri ambizzjużi għal għeluq il-COP 26.
L-abbozz dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet qed jindika kif se jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, u qed ikun mitlub ukoll biex il-pajjiżi sinjuri jagħmlu aktar biex jgħinu lill-pajjiżi fqar jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
Il-president tal-COP26 Alok Sharma stqarr li l-pakket ambjentali suġġerut huwa pakket ibbilanċjat u ħeġġeġ l-importanza li l-pajjiżi tad-dinja jingħaqdu flimkien favur dan il-pakkett suġġerut.
Sharma kompla biex jgħid li s-summit se jagħlaq illum hekk kif għaddew biżżejjed ġranet u biżżejjed ħin biex id-delegati internazzjonali jaslu għal ftehim, filwaqt li temm biex jgħid li jekk id-dinja ma tasalx għal qbil – kulħadd se jbagħti.
Fost l-aħħar kelliema tkellmet iċ-Ċina fejn stqarret li l-pajjiż huwa lesta li jaħdem ma’ diversi pajjiżi biex juri solidarjeta kemm għal pajjizi rispettivi kif ukoll lejn il-miri stabbiliti fil-COP26. Iċ-Ċina stqarret li tapprezza li l-pakkett propost inbidel skont r-rakomandazzjonijiet taċ-Ċina u talli uwrej flessibilita fid-deċiżjonijiet tagħhom. Madankollu dan ma jfissierx li dan il-pakkett huwa perfett dan għaliex hemm diversi paragrafi li huma ambigwi u hemm bżonn li jkun hemm klarifikazzjoni ċara fuqhom aktar il-quddiem.
Iċ-Ċina kompliet biex tgħid li tispera li l-pajjiżi l-oħrajn juru l-istess flessibilita meta ffaċjati ma l-istess tip ta’ diplomazija li għada kemm iffaċċjat ruħha ċ-Ċina waqt il-COP26.
L-Unjoni Ewropeja wkoll kienet tkellmet f’għeluq il-COP26 billi avżat lill-diversi pajjiżi biex joqodu attenti u ma’ jiżolqux qabel ma’ jlestu l-maratona f’din id-diskussjoni. L-Unjoni Ewropeja kompliet biex tgħid li d-delegazzjoni u l-COP26 uwriet biżżejjed flessibilita u li jekk illum il-pajjiżi jfallu milli jilħqu arranġament, se jkunu qed jfallu mhux biss lill-pajjiżhom iżda anke lill-familthom u t-tfal tagħhom.
Wara diversi interventi minn pajjiżi oħra, inkluż l-Istati Uniti, il-COP26 fl-aħħar wasal fi tmiemu, bl-aħħar ġurament rigward il-‘Glasgow climate pact’ jibqa mhux magħruf hekk kif issa l-pajjiżi rispettivi jkollhom l-oppotunita biex jevalwaw u jiddiskutu aktar fid-dettal dan id-dokument wara l-kwinti.
//= $special ?>