Filwaqt li d-delegati internazzjonali qegħdin bħalissa qiegħdin jieħdu b’idejn xulxin u bit-tbissima fuq wiċċhom wara 13-il ġurnata intensiva ta’ dibattiti u ftehim, mhux kulħadd jidher daqshekk ħerqan bid-deċiżjonijiet li ttieħdu waqt il-COP26.
L-aktar grupp li wera ir-riservazzjonijiet tiegħu rigward l-arranġamenti li kienu għaddejjin sa tard illejla kien il-grupp Extinction Rebellion li kemm tul din il-ġimgħa u anke matul il-ġurnata tas-Sibt kompla bid-dimostrazzjonijiet kontra n-nuqqas ta’ deċiżjonijiet drastiċi li qegħdin jittieħdu biex jitnaqqsu l-ammonti kbar ta’ tniġġis li qed iseħħ fil-pajjiżi l-kbar.
Matul il-ġurnata l-grupp Extinction Rebellion għamel diversi dimostrazzjonijiet madwar ir-Renju Unit, speċifikament illum f’Londra fejn id-dimostranti użaw il-marċ famuż Brittaniku bl-isem ‘The Lord Mayor’s Show’ biex iwasslu l-messaġġ tagħhom rigward il-falliment tal-COP26.
Wara tmiem il-COP26 kienu ħafna organizazzjonijiet li qasmu d-diżappunt tagħhom rigward is-summit, kemm minħabba n-nuqqas ta’ unanimita, kif ukoll il-batti bekki kontinwi li baqgħu għaddejjin sa tmiem is-summit.
Wieħed mill-grupp li wera r-riżervi tiegħu rigward il-‘Glasgow climate pact’ kien il-grupp famuż Greenpeace fejn stqarr li kienu qiegħdin jantiċipaw aktar deċiżjonijiet immedjati mill-komunità internazzjoanli. Madankollu, Greenpeace kompla biex jgħid li allavolja ma sarux passi kbar biex jitwaqqfu għal kollox l-emmissjonijiet, jidher li waqt il-COP26 kien hemm konsensus ċar li l-industrija tal-faħam se tibda tmajna biex eventwalment tingħalaq għal kollox,
//= $special ?>