Għada fit-3.00pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti jilgħab l-aħħar partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Islovakkja. Din il-partita se tkun importanti għall-fatt li l-players Maltin huma motivati li jkollhom prestazzjoni u anke riżultat aħjar minn dak miksub nhar il-Ħamis li għadda meta tilfu 7-1 kontra l-Kroazja.
Lejliet il-partita, il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia flimkien mal-goalkeeper tat-tim Henry Bonello ndirizzaw lill-media lokali. Mangia fil-kummenti tiegħu qal li se jkun qed jiffoka li t-tim Malti jdawwar il-paġna wara t-telfa tal-ġimgħa li għaddiet u joħroġ b’determinazzjoni fil-partita kontra l-Islovakkja. Il-coach tat-tim nazzjonali qal li hu jirrispetta lill-player tiegħu li hu responabbli tagħhom. Mangia qal li hu dejjem wara l-player tiegħu fejn żied jgħid li wieħed m’għandux jinsa li f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni t-tim Malti rnexxielu jiġbor ħames punti.
Mangia spjegha li d-difensur Enrico Pepe huwa sospiż għal din il-partita filwaqt li l-player Juan Corboloan u Adam Magri Overend ukoll se jkunu neqsin minħabba injury.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet tkellem ukoll il-goalkeeper Henry Bonello fejn qal li l-player kellhom jaddattaw għal sistema’ ta’ logħob ġdida u b’hekk qed ikun aktar involut fil-build-up tal-azzjonijiet fejn b’dan il-mod huwa jgħin sabiex il-players iżommu aktar il-ballun.
//= $special ?>