L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fuq is-sit tagħha ħabbret il-mewt tad-79 Gran Mastru tagħha, Fra Matthew Festing li miet fl-età ta’ 71 sena.
Festing miet f’Malta wara li l-ġimgħa l-oħra attenda għaċ-ċerimonja tal-Kavallier Francis Vassallo fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Ftit wara hu ħassu ma jiflaħx u ddaħħal l-isptar, bil-qagħda tiegħu tkun waħda serja.
Il-Gran Mastru Emeritus twieled fl-Ingilterra fl-1949 u sar membru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta fl-1977. Fil-ħidma tiegħu fi ħdan l-Ordni huwa stinka biex tingħata għajuna umanitarja fil-Kosovo, is-Serbja u l-Kroazja.
Festing kien Gran Mastru tal-Ordni mill-2008 u serva sa Jannar, 2017. Fl-10 snin ta’ tmexxija tiegħu huwa żar għadd ta’ pajjiżi biex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.
//= $special ?>