Is-sospensjoni tad-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli mhix biżżejjed. Jekk il-Ministru Byron Camilleri ma kellux is-saħħa li jieħu d-deċizzjonijiet dwar Alex Dalli biex jirreżenja, mela llum għandna konferma li l-Ministru tal-Intern mhux b’saħħtu, għax ma jridx jew ma jafx jieħu d-deċizzjonijiet.
Hekk stqarr l-editorjal ta’ The Malta Independent illi analizza s-sitwazzjoni kurrenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ….u li fakkar li Alex Dalli spiċċa ssospenda lilu nnifsu wara 14-il mewta f’Kordin, bil-Ministru Camilleri għadu qed jgħid li ħafna minn dawn kienu mwiet naturali.
The Malta Independent saqsiet jekk qattx il-Ministru Camilleri talabx lil Dalli biex jirriżenja. U saqsa wkoll x’se jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela fuq din is-sitwazzjoni li issa ilha s-snin fuq ħoġru.
L-editorjal kompla li s-sitwazzjoni ilha tberraq għal numru ta’ snin, hekk kif kontinwament qed jinħarġu rapporti ta’ azzjonijiet estremi fil-ħabs, fosthom fiż-żamma tad-dixxiplina. Ħafna eks priġunieri tkellmu fuq l-abbuż fiżiku fuqhom u dak mentali, b’kultura ta’ biżgħa li qed tirrenja fil-ħabs. Tant hu hekk, li kienu bosta dawk li għażlu li jneħħu ħajjithom b’idejhom.
L-Independent qalet li minkejja dawn l-imwiet, Alex Dalli bħal donnu jibqa’ prottet. Intqal ukoll li fl-aħħar xhur rajna manuvri ma jitwemmunx, bl-istazzjon Laburista jipprova jesponi l-identità ta’ eks priġunier li tkellem ma’ Net News…biex il-media ta’ Robert Abela spiccat xandret fake news.
L-editorjal qal li n-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Alex Dalli hija inkwetanti. Is-sospensjoni tiegħu nnifsu hija ta’ tħassib …u l-inċertezza f’din il-Faċilità qed tkompli tikber.
//= $special ?>